Politika
Il-Ministru jgħid li jrid jindirizza nuqqasijiet fl-edukazzjoni biex ħadd ma jaqa’ lura

Il-Ministru Owen Bonnici qal li bħala Ministru tal-Edukazzjoni se jaħdem, fost affarijiet oħra, biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fis-sistema biex ħadd ma jaqa’ lura, u biex iżjed nies ikomplu jistudjaw, anke wara li jagħlqu 25 sena. Dwar il-unions tal-għalliema, Dr Bonnici qal li diġà sar kuntatt magħhom, se jkun qed jiltaqa’ magħhom fiż-żmien li ġej. Il-Ministru Bonnici żar il-fiera tal-ekoskola fil-kulleġġ San Ġorġ Preca l-Ħamrun.

Il-Ministru qal li l-ewwel prijorità tiegħu hi li l-kwalità tas-servizz tkompli timxi ’l quddiem għall-aħjar tat-tfal. Qal li hawn studenti li għandhom diffikultajiet soċjali jew diffikultajiet oħrajn, fosthom studenti li ma jafux jitkellmu bil-Malti jew bl-Ingliż. Qal li dawn id-diffikultajiet iridu jiġu indirizzati. Il-Ministru Bonnici qal li se jistinka biex tispiċċa l-idea li l-proċess edukattiv jieqaf mat-18 jew 25 sena.

TVM staqsa lill-Ministru Bonnici kif se jindirizza l-isfidi li jsemmu l-unions tal-għalliema. “Fi żmien qasir jiena se nkun qiegħed niltaqa’ mal-unions rilevanti f’dan is-settur u rrid nisma’. Jiena konxju li l-kwistjoni tal-għalliema, li l-għalliema huma ċ-ċentru tas-sistema edukattiva hija prijorità, u jiena rrid li l-għalliema u l-LSEs tagħna jħossuhom parti mis-suċċess edukattiv li għaddej minnu pajjiżna.”

Il-Ministru tal-Edukazzjoni żar il-Kulleġġ San Ġorġ Preca l-Ħamrun, fejn qed issir il-fiera tal-Ekoskola. Din il-fiera ssir fuq tlett ijiem u s’issa żaruha aktar minn 600 student.

L-Ekoskola, li bdiet fl-2002, tipprovdi edukazzjoni ambjentali lill-istudenti. Il-President ta’ Nature Trust Malta u wkoll kordinatur tal-programmi ta’ Ekoskola, Vince Attard, qal li dal-programm qed isir 85 fil-mija tal-iskejjel. “Qed jaraw fair trade, qed jaraw alternattivi għall-plastik, kif wieħed jista’ jkabbar siġar, kif jieħu ħsieb annimali per eżempju, separazzjoni tal-iskart, għandna prayer spaces. Varjetà t’affarijiet li t-tfal ikunu jafu x’hemm disponibbli biex itejbu l-edukazzjoni tagħhom.”

Is-Sur Attard qal li l-fiera tal-Ekoskola hija parti mill-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli bl-għan li taħt saqaf wieħed it-tfal jieħdu ideat kif jistgħu jaħdmu għal ambjent aħjar.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar