Lokali
Il-Ministru Camilleri jgħid li jistenna b’ħerqa x-xhieda tal-ħaddiema tal-ħabs dwar l-allegazzjonijiet ta’ Brian Vella

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri qal li għalkemm politakement ikun aktar faċli għalih li jiżvela dettalji dwar l-allegazzjonijiet li saru fl-operat tal-ħabs, se jagħżel li jħalli l perkors tal-ġustizzja jaħdem hekk kif it-tmexxija tal-ħabs wieġeb għall-allegazzjonijiet li saru permezz ta’ rikors.

Il-Ministru Camilleri qal dan meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-allegazzjonijiet li għamel Brian Vella fosthom li fil-ħabs qed titmexxija sistema ta’ tortura. Huwa żied jallega li wara li għamel dawn id-dikjarazzjonijiet, l-amministrazzjoni tal-ħabs poġġietu f’iżolatament u waqqfitu milli jitkellmu ma’ persuni barra l-faċilità. B’reazzjoni għal dawn l-allegazzjonijiet, il-Ministru Camilleri qal li jistenna b’ħerqa x-xhieda tal-ħaddiema tal-ħabs.

Fl-2007 Brian Vella kien instab ħati li fl-10 ta’ Frar tas-sena 2000 kien involut fil-qtil tal-ġirien tiegħu Ġeraldu ta’ 79 sena u Ġuża Grima ta’ 63 sena. Huma kienu għadhom kemm inġabru d-dar wara l-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta.

Huma kienu nstabu mejta fgati bit-tape mdawwar ma’ ħalqhom u mnifsejhom. Huma kienu nstabu wkoll marbuta fl-appartament tagħhom f’Santa Luċija.

Fi proċeduri ulterjuri li fetaħ dalgħodu quddiem il-Qorti Kriminali, Vella talab lill-Qorti biex jiġi ttrasferit fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli.