Il-Ministru Dalli titlob għal azzjoni konkreta dwar l-immigrazzjoni

Il-Ministru Helena Dalli saħqet fuq il-bżonn ta’ azzjoni konkreta mill-Kummisjoni Ewropea kif ukoll mill-membri tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm politika dwar l-immigrazzjoni li ma tħallix ir-responsabbiltà taqa’ biss fuq il-pajjiżi li qegħdin fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

Dr Dalli saħqet dan meta indirizzat il-Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC).

Waqt id-diskors tagħha l-Ministru Dalli tkellmet dwar in-nuqqas ta’ koperazzjoni fuq livell Ewropew fit-tqassim ġust tar-responsabbiltà li qed iġġib magħha l-immigrazzjoni.

Dr Dalli faħħret il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-ħidma tiegħu fid-diversi oqsma, b’mod partikolari x-xogħol tiegħu biex itella’ fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari u kif din qed taffetwa sproporzjonalment lill-pajjiżi tal-Mediterran.

Dr Dalli, l-ewwel ministru Malti li qatt indirizza dan il-forum, tkellmet ukoll fuq l-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern fl-oqsma tad-drittijiet ċivili, drittijiet tal-konsumatur, l-ugwaljanza u miżuri oħra biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali.

 

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar