Lokali
Il-Ministru Evarist Bartolo jgħid li tefa’ l-ilma fuq il-ħuġġieġa f’laqgħa mad-Deputat PM Taljan

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu f’impjiegi ġodda.

Ġie diskuss ukoll kif Malta u l-Italja jistgħu jikkolaboraw għall-ġid kommuni taż-żewġ pajjiżi u jikkomunikaw flimkien sabiex jiffaċjaw b’mod kooperattiv l-isfidi li l-pajjiżi taghna fil-Medditterran u n-naħa t’ isfel tal-Ewropa qiegħdin jiffaċċjaw.

Il-laqgħa saret fil-Lussemburgu meta kien qed jitlaqqa’ l-Kunsill tal-Ministri tax-Xoghol u Soċjali tal-Unjoni Ewropeja, fejn il-Ministri Ewropej waslu fi qbil ġenerali dwar id-direttiva tal-Work Life Balance kif ukoll ġie diskuss il-pjanijiet tas-Semestru Ewropew.

Ara hawnhekk il-kumment tal-Ministru Bartolo dwar il-laqgħa ma’ Di Maio u l-Kunsill tal-Ministri Ewropej.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Sewwieqa li kienu għaddejjin minn Triq il-Buqana, limiti ta’ Ta’ Qali sabu ma’ wiċċhom ostaklu mhux tas-soltu. Filmat li rċieva TVM juri tajer jaqa’ minn fuq trakk li dan baqa’ tul…

Kultura

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, riesaq lejn tmiemu proġett ikkumplikat li nvolva snin ta’ studji u xogħol għad-disinn u l-istallazzjoni ta’ sistema li tikkontrolla l-ambjent fil-kripta tal-Granmastri. Il-proġett qed jaċċerta li…

Kronaka

Karozza ħadet in-nar fi Triq Liedna, il-Fgura. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1am. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Issejħet ukoll ambulanza iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.

Stejjer Umani

Bjorn Formosa reġa’ daħal l-isptar wara li 21 jum ilu għamel operazzjoni. Fuq Facebook, Bjorn qal li qed iħossu agħar minn qatt qabel u li qed iħossu bla nifs, stordut…

Aktar