Ambjent
Il-Ministru Farrugia b’bidliet fit-tmexxija tal-Wasteserv

F’kollegament telefoniku ma’ Television Malta, il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia qal li l-problemi tal-iskart huma akkumulazzjoni ta’ fatturi li żviluppaw fuq medda ta’ snin twal.

“Hemm numru ta’ fatturi nkluż iċ-ċokon ta’ pajjiżna, it-tkabbir ekonomiku l-iżvilupp iż-żieda fit-turiżmu allura wieħed ikun inġust jekk jitfa’ ħtija fuq persuna jew wieħed. Madanakollu ħadt kont ta’ dak li hemm bżonn isir u ma ddejaqtx nieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn.”

Dr Farrugia qal dan fl-isfond ukoll ta’ ħatriet ġodda fil-bord tal-Wasteserv li hija l-aġenzija responsabbli mill-immaniggjar tal-iskart. It-tmexxija tal-bord tal-Wasteserv għaddiet f’idejn il-Professur Frank Bezzina li ħa post David Borg.

Wara l-isfida li saritlu ilbieraħ mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Jason Azzopardi biex iħalli lil mezzi tal-istampa iżuru l-Maghtab ħalli fi kliemu jaraw kif l-iskart qed jitħallat minkejja li qed jigi seperat mil-familji, l-Ministru Farrugia waqt li saħaq li l-importanti li l-iskart jibqa’ jiġi separat fid-djar, qal li m’għandu l-ebda problema li l-midja iżżur il-faċilità tal-Wasteserv fil-Magħtab.

“Ovvjament il-midja hi mistiedna. Trid tagħmel kuntatt mal-management tal-wasterserv u hemmhekk isiru l-arranġamenti meħtieġa.”

Il-Ministru Farrugia qal li l-Oppożizzjoni ilha tirrifjuta milli tkun parti mis-soluzzjoni għall-problema tal-iskart f’Malta u fakkar li kienet irrifjutat li tiehu sehem f’kumitati tekniċi dwar l-immaniġġjar tal-iskart.

“Minn naħa tiegħi se nerġa’ noħorġ l-id ta’ ħbiberija u se nkun qed niltaqa’ mas-shadow minister biex flimkien niddiskutu dan il-pjan ħolistiku.”

Mistoqsi x’ażżjonijiet se jieħu biex jindirizza l-isfidi relatati mal-iskart, il-Ministru Farrugia qal li se jiġi ffinalizzat pjan ħolistiku ta’ għaxar snin, sal-2030.

“Jien tajt commitment li sal-aħħar ta’ din is-sena il-pjan ikun lest, ippublikat huwa pjan strateġiku għall-immaniġġjar tal-iskart u l-konsultazzjoni dwar dan se jibda fl-aħħar ta’ Marzu.”

Skont il-baġit, din is-sena fost oħrajn għandha tibda l-iskema ta’ rifuzzjoni fuq il-flixken tax-xorb li jigu ritornati.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar