Saħħa
Il-Ministru Farrugia joħroġ mill-isptar – jgħid li t-tilqima għenitu ma jmurx għall-agħar

Il-Ministru Michael Farrugia ħareġ mill-Isptar Mater Dei fejn kien rikoverat wara li rriżulta pożittiv għall-Covid.

Kien huwa nnifsu li ħabbar dan fuq il-media soċjali fejn qal li se jkompli l-kwarantina d-dar.

Huwa rrimarka li “il-fatt li jien ivvaċċinat kontra l-Covid-19 kien ta’ għajnuna biex ma mmurx għall-agħar”.

Il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-istaff fl-isptar li għenu u lil dawk li awgurawlu fejqan ta’ malajr.