Lokali
Il-Ministru Fearne jgħid li kien żball uman li wassal għall-inċident f’inkubatur tal-IVF

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għamel stqarrija fil-Parlament dwar l-inċident li seħħ f’Jannar tas-sena l-oħra f’inkubatur tal-IVF fejn kien hemm disa’ embrijuni. Dr Fearne qal li l-bord tal-inkjesta indika li kien hemm żball uman u qal li ttieħdu l-passi skont ir-rakkomondazzjoni tal-bord biex jiżdiedu l-prekawzjonijiet kontra inċidenti simili. Dr Fearne għadda r-rapport tal-inkjesta lill-Oppożizzjoni.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Ferne qal fil-Parlament illi inkjesta immexxija mill-Imħallef Magri stabbilit illi inkubatur li kien spiċċa fuq stand bye mode f’Jannar tas-sena li għaddiet ma kellu x’jaqsam xejn mal-qtugħ fil-provvista tad-dawl fl-isptar Mater Dei.

Fi stqarrija Ministerjali, il-Ministru Fearne ppreżenta rapport ta’ inkjesta li eżaminat il-każ u żied jgħid illi l-embrijuni nvoluti ma rriżultawx fi tqala. L-apparat kien u għadu tajjeb iżda jidher li sar żball uman. Il-koppji involuti ngħataw ċiklu ieħor tal-IVF u tlieta minnhom kellhom tarbija. Dr Fearne qal li l-koppji kollha ngħataw lura l-ispejjez li għamlu.

Il-Bord ta’ inkjesta ma sab l-ebda prova li xi persuni jew fatt affettwa l-użu tal-inkubatur tal-IVF. Il-Ministru Fearne semma’ r-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Bord li qal qed jitwettqu. Huwa qal li fl-aħħar xhur, ħames embrijuni kienu ffriżati skont il-liġi eżistenti bi tnejn minnhom ġew impjantati f’pażjenta u tlieta oħra għadhom iffriżati.

Il-Kelliem għall-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa Stephen Spiteri wera simpatija mal-koppji involuti li minħabba s-sitwazzjoni emozzjonali li daħlu fiha. It-tabib Spiteri qal li xi ħaġa tista’ tmur ħażin fl-użu ta’ din it-teknoloġija assistita. Huwa ħeġġeġ li tingħata kull protezzjoni lill-embrijuni u qal illi jista’ jkun hemm riperkussjonijiet meta l-bniedem jissupera in-natura. Huwa qal li dak li ġara fl-inkubatur setgħet xekklet l-iżvilupp tal-embrijuni. Huwa ħeġġeġ biex il-Parlament iżomm għajnejh miftuħa u jaħdem b’sens illi kull leġislazzjoni ma tħallix impatt negattiv fuq is-soċjetà. Id-deputat Claudio Grech qal li għandha tintrefa’ r-responsabiltà ghax disa’ embrijuni li ma żviluppawx.

Fi tweġibiet lid-deputati, il-Ministru Fearne ippreċiża illi l-inċident seħħ taħt il-liġi preżenti bl-inkubatur. Huwa qal li jidher li kidn hemm żball uman. Żied jgħid li l-Gvern tkellem mal-kumpanija tal-inkubatur u ttieħdu passi biex dak li ġara ma jerġax jiġri. Dr Fearne akkuża lill-Oppożizzjoni li jekk hija kontra l-IVF, għandha tgħid dan ċar u tond.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri ħabbar li lbieraħ daħħal abbozz fil-Parlament sabiex ikomplu jiħraxu l-multi fuq moħqrija tal-annimali. Għal darb’oħra l-Gvern ta għotjiet lill-Għaqdiet mhux Governattivi li qed jgħinu…

Lokali

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-ground ginger m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ Benzo(a)pyrene u ta’ Polycyclic aromatic hydrocarbons….

Lokali

F’nofs ix-xahar id-dieħel il-Gvern se jerġa’ joħroġ il-bonds għall-persuni ‘l fuq minn 62 sena. Intant, f’kummenti lil TVM, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern qed jaħseb biex iżid l-ammont…

Trasport

Hekk kif il-preparamenti u l-pjanijiet għall-mina bejn Malta u Għawdex għaddejjin ġmielhom, id-dibattitu dwar it-trasport f’Malta u f’Għawdex ma jonqosx. Waqt il-programm TVAM, id-Direttur ta’ Koncept X, il-Perit Konrad Xuereb…

Aktar