Saħħa
Il-Ministru Fearne jispjega x’miżuri ttieħdu kontra l-Covid-19

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19.

Il-Ministru Fearne qal dan fi stqarrija parlamentari. Huwa qal li l-awtoritajiet Maltin ħadu l-prekawzjonijiet ta’ konteniment, fejn qed isir screening lejl u nhar fl-ajruport u fil-cruise liner terminal.

Huwa żied jgħid illi r-riżultati tat-testijiet li jsiru joħorġu f’sagħtejn biss. Il-Ministru Fearne qal li ġie mhejji post ta’ izolament ghal skop ta’ kwarantina bi tnax-il sodada. Dan il-post jinsab barra minn Mater Dei. Huwa qal li f’każ ta’ persuna nfettata tħejjew kmamar oħra ta’ iżolament fl-isptar Mater Dei, waqt li nxtara lbies protettiv u ngħata taħriġ lill-persuni li jahdmu fil-qasam tas-saħħa.

Għall-oppożizzjoni tkellmu diversi deputati li faħħru l-fatt li qed isir screening fil-portijiet. Huwa semmew l-importanza ta’ konteniment biex il-virus ma jinxteridx.

Fit-tweġibiet tiegħu, il-Ministru Fearne qal li jridu jgħaddu x-xhur wara li jinstab vaċċin għall-virus biex ikun prodott. Qal li l-Kummissjoni Ewropea approvat fondi għar-riċerka u wkoll li tonqos il-burokrazija biex il-vaċċin jiġi prodott sfuq skala kbira. Qal li wara li Malta daħlet fi proċess ta’ xiri ma’ pajjiżi oħra, f’każ ta’ pandemija, il-Kummissjoni Ewropea tixtri l-vaċċin għall-pajjiżi kollha u tqassmu lill-pajjiżi membri.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Nhar il-Ħadd li għadda ġie estradit minn Malta Christopher Guest More Jr, li kien wieħed mill-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa, qabel ma nqabad f’Malta f’Ġunju li għadda. L-awtoritajiet Maltin kienu involuti…

Konsumatur

It-traħħis imħabbar mir-regolatur f’dak li huma ċilindri tal-LPG b’effett minn għada se jkun ifisser li se jkun hemm traħħis ta’ €1 għal ċilindri ta’ 12kg fejn minn €16 issa se…

Reliġjon

Fi knisja mneżża’ minn kull xorta ta’ armar, u nieqsa mill-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin bil-għan li jersqu eqreb…

COVID-19

“Il-COVID-19 kważi qatlitni.” Dawn kienu l-ewwel kelmtejn ta’ Matthias Kentzia, żagħżugħ Malti li spiċċa fil-kura intensiva fi Spanja wara li ġie infettat bil-Coronavirus. “Għadni ġej minn ġimagħtejn mitluq ġo sodda…

Aktar