Politika
Il-Ministru għal Brexit f’Malta ġimgħa qabel is-summit tal-Kunsill Ewropew

Fuq livell diplomatiku Malta u r-Renju Unit kellhom taħdidiet f’Kastilja fuq il-Brexit waqt żjara f’Malta tal-Ministru ewlieni tar-Renju Unit għal Brexit Stephen Barclay li ltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-laqgħa saret ġimgħa qabel is-summit tal-Kunsill Ewropew, li matulu mistennija deċiżjonijiet mill-mexxejja Ewropej dwar it-talbiet tar-Renju Unit għall-arranġament speċjali biex Brexit isir bi ftehim. S’issa l-prospetti ta’ ftehim iżda ma tantx jidhru pożittivi. F’kummenti ma’ Television Malta, il-Ministru Barclay tkellem dwar ir-relazzjoni speċjali bejn Malta u r-Renju Unit.

Bil-Gvern Ingliż u l-Kummissjoni Ewropea jinsabu f’diskussjonijiet li ftit li xejn jidher li ser iwaslu għal ftehim, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson jidher li qiegħed jitlef it-tama li jilħaq ftehim fuq il-proposti tiegħu. It-tama għal ftehim kompliet tmajna wara telefonata bejn Boris Johnson, il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel. Il-Kanċillier Ġermaniż qalet li ma jistax ikun hemm ftehim, jekk l-Irlanda ta’ Fuq ma tibqax fl-Unjoni tad-Dwana tal-Unjoni Ewropea.

Dan fl-istess waqt li f’Malta kien hawn il-Ministru ewlieni għal Brexit Stephen Barclay .

F’ġimgħa kruċjali għal Brexit, il-Ministru ewlieni għal Brexit Stephen Barclay għażel li jiġi Malta biex jiltaqa’ mal-Prim Minsitru Joseph Muscat fejn appellalu biex il-ġimgħa d-dieħla waqt is-summit Ewropew, jivvota favur il-ftehim dwar Brexit. Dan bil-għan li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea bi ftehim.

Il-Gvern Malti dejjem sostna li Malta timxi mad-direzzjoni kollettiva tal-Unjoni Ewropea.

F’kummenti lil TVM, il-Minsitru Ingliż tenna x-xewqa li jkun hemm ftehim anke jekk dan jidher diffiċli.

“Both sides recognize that it is important that we leave with a deal, because a no deal outcome would be disruptive, and so let us get a deal, now is the time to do that, and to getting to the detailed negotiations in Brussels.”

Mistoqsi dwar ir-reazzjoni xettika tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel għall-proposti tal-Prim Ministru Boris Johnson, il-Ministru Barclay tkellem dwar il-flessibiltà miż-żewġ naħat.

“He has shown flexibility and we now need to see the same flexibility from the Commission’s negotiating team. So let us build on that strong bilateral relationship, let us get a deal and make sure that we deliver on the democratic result in the UK and leave on the 31st of October.”

Barclay deher sodisfatt bl-arranġamenti tal-Gvern Malti għaċ-Ċittadini Ingliżi. “We are hugely grateful to the stance the Prime Minister and the Government has taken towards our citizens here in Malta, where he said that he wants to be the most constructive member state in his approach and we are very grateful for that.”

Il-Ministru Barclay deher fiduċjuż li l-proposti l-ġodda ta’ Johnson dwar il-fruntiera tal-Irlanda ta’ fuq mal-Irlanda, jiksbu l-appoġġ tal-Parlament Inġliż.

“What was very clear last week in the House of Commons, was that member’s of Parliament across parties who previously had concerns about the backstop, around the undemocratic nature of what was proposed, which involves laws that apply in Northen Ireland over which people would not have a say. Those MP’s were now signalling that they would support the Prime Minister’s deal.”

Wara l-laqgħa mal-Prim Minsitru Joseph Muscat, il-Ministru Barclay kompla jdur l-ibliet l-Ewropew biex jipprova jikseb simpatija u appoġġ għal proposti tal-Gvern Ingliż qabel is-summit Ewropej tal-ġimgħa d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist, li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Sport

Il-Fondazzjoni Kottonera u l-Bicycle Advocacy Group ingħaqdu flimkien biex  jagħtu opportunità lid-delettanti tar-rota jipprattikaw id-delizzju tagħhom filwaqt li japprezzaw il-patrimonju kulturali li hija mogħnija bih il-Kottonera. L-attività sabet ukoll l-appoġġ…

Kronaka

Raġel ġarrab xi ġrieħi wara li llejla ttajar fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Aldo Moro. Il-persuna ttajret fil-karreġġjata lejn il-Belt, viċin il-pont pedonali, minn karozza misjuqa minn raġel…

Aktar