Kronaka
Il-Ministru għal Għawdex jikkundanna bla riservi l-attakk li sar fuq Chief Officer tal-Gozo Channel

Il-Ministeru għal Għawdex u l-management tal-Gozo Channel ikkundannaw l-attakk li sar ilbieraħ filgħaxija fuq Chief Officer tal-istess kumpanija.

Dan intqal fi stqarrija uffiċjali wara li grupp tarġiel taw xebgħa liċ-Chief Officer meta dan ordnalhom jilbsu l-maskra waqt li kienu telgħin fuq il-vapur tal-Gozo Channel Malita.

Iċ-Chief Officer ittieħed l-isptar u jinsab fqagħda tajba.

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Channel saħqu li dan l-aġir huwa inaċċettabbli u esprimew is-solidarjetà tagħhom mal-ħaddiem involut.