Lokali
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin jiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth

Sehem Malta fil-Commonwealth kien diskuss f’laqgħa bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth il-Barunessa Patricia Scotland.

Il-Ministru Bartolo tkellem dwar il-vokazzjoni naturali ta’ Malta bħala proponent ewlieni fil-komunità ta’ pajjiżi żgħar.

Il-Ministru Bartolo enfasizza r-rabta bejn il-governanza t-tajba u l-istat tad-dritt, kif ukoll il-bżonn ta’ strutturi b’saħħithom biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-isfidi kumplessi ta’ natura globali, speċjalment għall-pajjiżi ż-żgħar.

Il-Barunessa Scotland faħħret l-isforzi li Malta u qaletli permezz tal-istituzzjonijiet b’sahhithom taghha, Malta tista tkompli toffri kontribut pożittiv.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar