Edukazzjoni
Il-Ministru għall-Edukazzjoni jappella għall-flessibiltà sakemm tibda Skolasajf

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li fl-operat mill-ġdid taċ-child care centres se jinstab bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa tat-tfal u l-operat ta’ dawn iċ-ċentri. Dr Bonnici qal li lest jikkunsidra ideat biex dan iż-żmien ta’ tranżizzjoni jħalli l-anqas effetti fuq l-edukaturi, il-ġenituri u t-tfal.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici wera apprezzament għad-dedikazzjoni tal-edukaturi tul l-imxija tal-Covid-19 biex it-tagħlim issokta bl-internet.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-Union tal-Għalliema nediet il-Fondazzjoni Sagħtar biex issaħħaħ l-aspett professjonali tal-union b’diversi proġetti li jinkludu pubblikazzjonijiet, taħriġ u attivitajiet b’rabta mal-professjoni edukattiva, il-Ministru Bonnici qal li ninsabu fi żmien ta’ tranżizzjoni.

“Kieku l-iskejjel qegħdin bil half days, għax mill-ewwel ta’ ġunju l-iskejjel se jkunu bil-half days, essenzjalment fadal ftit ħafna ġranet sa tmiem l-iskola, lest nikkunsidra kull suġġeriment.”

Mistoqsi x’se jagħmlu ġenituri bi tfal żgħar meta jmorru lura għax-xogħol ladarba l-iskejjel jinsabu magħluqin u c-childcare centers jaċċettaw tfal f’etajiet żgħar, il-Ministru Bonnici qal li hu fiduċjuż li bil-kelma t-tajba jkun hemm flessibiltà sakemm tibda Skola Sajf fl-1 ta’ Lulju.

“M’għandix dubju li se ngħaddu minn dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, naf ħafna persuni li fl-aħħar se jgawdu lin-neputijiet per eżempju.”

Dwar il-fondazzjoni Sagħtar, il-Viċi President tal-MUT u chairperson tal-fondazzjoni, Elaine Germani, qalet li parti integrali mill-ħidma se tkun il-pubblikazzjoni u t-tixrid ta’ materjal edukattiv għall-edukaturi u għall-istudenti. Ewlenija fost il-pubblikazzjonijiet se tkun ir-rivista ‘Sagħtar’.

Qalet li wara li ttellgħu l-edizzjonijiet tal-imgħoddi online, b’xi wħud mill-artikli moqrijin u mtellgħin anki f’audio files, l-MUT qed taħdem biex terġa’ tippubblika r-rivista mis-sena skolastika li jmiss, bl-użu prominenti tal-format diġitali, li jappella għall-istudenti u li jwassal l-informazzjoni, it-tagħlim u d-divertiment b’mod attraenti.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar