Edukazzjoni
Il-Ministru għall-Edukazzjoni jirreaġixxi dwar il-petizzjoni fuq l-arja kkundizzjonata fl-iskejjel

Diversi ġenituri ta’ tfal li jattendu fi skejjel tal-Istat qed jiffirmaw petizzjoni dwar l-arja kkundizzjonata fl-iskejjel.

TVM staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo dwar dan.

Huwa qal li l-bidla fil-klima qed tqajjem diskussjoni fl-iskejjel madwar id-dinja. Qal li meta nbnew l-iskejjel ma kienx hemm dil-problema ta’ temperatura għolja daqshekk serja. Qal li wieħed irid jara kif se tittaffa dil-problema iżda m’għandniex naħsbu f’soluzzjoni maġika tal-arja kkundizzjonata biss.

Qal li fi skejjel ġodda jew fejn qed jittranġa l-bini qed jaraw kif jissaħħaħ is-servizz tal-elettriku biex jiġi offrut das-servizz.

Sostna li wieħed ma jridx jieqaf hawn iżda wieħed jista’ jara elementi oħra li jgħinu biex l-iskejjel ma jkunux sħan ħafna fosthom billi jinħoloq id-dell permezz tas-siġar u l-pjanti.

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Opożizzjoni Nazzjonalista ppreżentat abbozz ta’ liġi dwar il-Ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal fi stqarrija li l-abbozz jipproponi tibdil fil-liġi u l-kostituzzzjoni biex il-Kummissarju tal-Pulizija jibda jinħatar bl-approvazzjoni…

Politika

Bejn nofs l-2018 u nofs is-sena li għaddiet, l-Aġenzija tal-programm ta’ ċittadinaza b’investiment irċeviet 311-il applikazzjoni, dsatax inqas mill-istess perjodu s-sena ta’ qabel, b’żidiet fl-applikazzonijiet mill-Ażja u l-Ewropa. Mindu beda l-programm,…

Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Aktar