Barranin
Il-Ministru għas-Saħħa Ingliż pożittiv għall-Covid-19

Ministri u uffiċjali fir-Renju Unit qed jistennew jekk għandhomx jiżolaw lilhom infushom wara li l-Ministru għas-Saħħa Sajid Javid irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Huwa mifhum li Javid kellu laqgħa mal-Prim Ministru Boris Johnson nhar il-Ġimgħa, sigħat qabel ma ħassu ma jiflaħx.

Il-każi tal-coronavirus qed ikomplu jiżdiedu. Minkejja dan, l-Ingilterra għada mistennija tneħħi r-regoli legali fuq il-kuntatt soċjali.

Il-Ministru għas-Saħħa, li ngħata ż-żewġ tilqimiet, qal li kellu sintomi ħfief u qal li se jkompli jaħdem mid-dar sakemm ikun f’iżolament.