Kronaka
Il-Ministru Herrera rilaxxat mill-isptar wara inċident tat-traffiku

Għall-ħabta tan-12:30am, il-Ministru José Herrera waqt li kien fi triqtu lejn ir-residenza tiegħu, riekeb bħala passiġġier fil-karozza privata, kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Ħ’Attard.

F’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd għalkemm il-Ministru flimkien mal-mara tiegħu ttieħdu l-isptar għal aktar osservazzjonijiet.

Kemm il-Ministru kif ukoll il-mara tiegħu ġew rilaxxati ftit tal-ħin wara.

Il-Ministru Herrera llum kompla bil-ħidma tiegħu.