Infrastruttura
Il-Ministru Ian Borg iħeġġeġ lill-periti biex jippjanaw aħjar l-ispazji

Il-Periti u dawk involuti fid-disinn u l-ippjanar tal-bini qed ikunu mħeġġa jkunu iktar innovattivi. F’konferenza li ddiskutiet modi ġodda kif Malta tista’ tindirizza l-isfidi relatati mal-użu tal-art, il-Ministru Ian Borg ħeġġeġ lill-periti u l-ħaddiema relatati biex jippjanaw aħjar l-ispazji li jkollhom quddiemhom, waqt li l-Kelliema tal-Oppożizzjoni, Marthese Portelli qalet li min jipproponi proġetti b’innovazzjoni sostenibbli jkun inċentivat fosthom bi proċessi li jieħdu inqas fit-tul.

Uħud mill-iktar imsieħba importanti fl-oqsma tal-ippjanar, id-disinn, il-bini u l-iżvilupp iltaqgħu f’forum nazzjonali bit-tema ‘nivvintaw mill-ġdid il-postijiet permezz tal-innovazzjoni’.

Huma ddiskutew u stħarrġu modi ta’ kif Malta tista’ taghmel aħjar l-użu mill-art għall-iżvilupp u kif l-innovazzjoni fid-disinn tista’ tintuża ghal ambjent aħjar u aktar sostenibbli.

Il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg, qal li l-Gvern qed jaġġorna l-policies fosthom fl-ippjanar, biex jirriflettu l-viżjoni għall-ġejjieni. Waqt li indirizza l-konferenza ‘Malta Architecture and Spatial Planning’ (MASP), Dr Borg qal li l-bidla hi tajba, iżda jeħtieġ li tkun bidla pożittiva li tħares is-sigurtà tal-bini u n-nies, kif seħħ bil-bidliet li daħlu fis-seħħ is-sajf li għadda u t-twaqqif tal-Aġenzija tal-bini u l-kostruzzjoni.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar u l-propjetà, Marthese Portelli, qalet li jekk irridu nippremjaw l-innovazzjoni sostenibbli jeħtieġ landscape policy u li nikkunsidraw proċessi tal-applikazzjoni iqsar, miżati orħos u inċentivi fiskali, fost l-oħrajn. Dr Portelli qalet li rridu nitilqu mill-kunċett ta’ permessi, għal pjanar li jagħmel sens, li joħloq spazju li jgħinek tgħix aħjar.

Hija saħqet li l-politiċi għandhom responsabilità kbira li jipproteġu l-karatteristiċi ta’ pajjiżna u huwa ċar li Malta trid tkun aktar innovatttiva fl-ispazju limitat li għandha.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar