Lokali
Il-Ministru Michael Farrugia pożittiv għall-Covid-19

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva, Michael Farrugia rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Il-Ministru Farrugia ħabbar dan f’kitba fuq Facebook. Qal, li llum wara nofsinhar għamel PCR swab test u ħareġ pożittiv.

Dr Farrugia qal li se joqgħod kwarantina għall-15-il jum li ġejjin.