Air Malta
Il-Ministru Mizzi jgħid li se jitħabbru riżultati finanzjarji tajba għall-Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru.

Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air Malta, li x-xahar id-dieħel se tagħlaq 45 sena, tkompli tissaħħaħ. Dwar it-tibdil li sar fl-aħħar snin, Dr Mizzi qal li għalkemm il-bidla hija diffiċli, kienet meħtieġa biex l-Air Malta tqum fuq saqajha.

Iċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion, qal li għas-sajf li ġej l-Air Malta qed timmira li ġġorr miljun passiġġier u nofs. Qal li fis-sajf se ttir lejn erbgħin destinazzjoni bi skeda, b’aktar minn 180 titjira bir-ritorn fil-ġimgħa.

In-Nutar Mangion qal li din is-sena l-linja nazzjonali tal-ajru qed tħares lejn rotot ġodda u li ssaħħaħ il-preżenza fin-naħa ta’ fuq tal-Afrika fost oħrajn b’rotta ġdida lejn l-Eġittu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħafna mix-xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni jinsab wieqaf. Dan ġie konfermat kemm mill-Kamra tal-Periti kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Dan fid-dawl tar-regolamenti l-ġodda li saru mill-Gvern dwar ix-xogħol ta’ skavar, twaqqigħ u kostruzzjoni…

Kronaka

Tifla ta’ 10 snin u mara ta’ 44 sena spiċċaw l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun. L-inċident seħħ fi Triq tal-Barrani għall-ħabta tal-4pm bejn żewġ vetturi. Karozza minnhom kienet misjuqa minn mara…

Lokali

Fl-aħħar tletin sena, minn istitut f’Malta ta’ waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda, iggradwaw ‘il fuq minn 1,000 professjonist fil-qasam marittimu li huma mfittxija għal pariri legali mill-gvernijiet u l-industrija. It-tletin…

Lokali

Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura qalet li tinsab ippreokkupata bl-għadd ta’ irjus ta’ tonn, karkassi u tonn sħiħ fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni li qed jiġi rrapurtat dan l-aħħar. Fi stqarrija,…

Aktar