Lokali
Il-Ministru responsabbli mix-Xandir Pubbliku jifraħ lill-PBS għall-iskeda l-ġdida

Il-Ministru responsabbli mix-Xandir Pubbliku, Carmelo Abela, feraħ lill-PBS għall-iskeda li ħabbar li se tibda f’Ottubru 2020, imfassla bil-għan li l-kwalità tax-xandir nazzjonali tkompli titjib.

Qal li kif wieħed jista’ jinnota, din l-iskeda hi mżewqa bi programmi ġodda u oħrajn li jkomplu jixxandru minn sena għall-oħra b’temi differenti. Huwa laqa’ l-aħbar li l-PBS qed iħares ‘il quddiem biex fiż-żmien li ġej iwettaq proġetti li jtejbu iktar l-iskedar u l-programmi fil-futur.

https://www.facebook.com/abelacarmelo/posts/2462234307409614

Ara wkoll:

Xi programmi tista’ tara mill-Ħarifa fuq TVM u TVM2?