il-Ministru Vella f’laqgħa tal-Med7

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George W Vella, attenda l-laqgħa informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-Mediterran membri tal-Unjoni Ewropea, magħrufin bħala l-Med 7, li saret f’Alicante, Spanja.

F’parti mil-laqgħa, il-Ministri ltaqgħu mas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran, Fathallah Sijilmassi, u ddiskutew miegħu kif, flimkien mal-5+5, jistgħu isiru proġetti għall-iżvilupp tal-pajjiżi tan-naħa ta’ isfel tal-Mediterran. Il-Ministru Vella saħaq li meta l-Unjoni għall-Mediterran iffukat fuq il-proġetti kisbet suċċess. F’dal-kuntest, ġie diskuss ukoll kif l-Unjoni għall-Mediterran, flimkien ma’ dan il-Grupp, tista’ b’xi mod tgħin fil-problemi li jeżistu fil-Lvant Nofsani u l-iżvilupp in ġenerali tal-Mediterran.

Il-Ministri ddiskutew il-problema tal-immmigrazzjoni rregolari u qablu fuq dikjarazzjoni li tagħmel emfasi fuq is-solidarjeta’, it-tqassim ġust tar-responsabbilta’ għall-immigranti, ir-rilokazzjoni u r-ripatriazzjoni ta’ dawk l-immigranti li ma jkunux ingħataw ażil.

Il-Ministri tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni fl-Ukranja u rriaffermaw is-sapport tagħhom għall-għaqda, s-sovranita’, l-indipendenza u l-integrita’ territorjali ta’ dan il-pajjiż. Huma appellaw lin-naħat kollha nvoluti f’din il-kwistjoni, partikolarment lir-Russja, biex inaqqsu t-tensjoni u awguraw li l-laqgħa importanti li se ssir għada f’Geneva tħalli l-frott mixtieq.

Fuq suġġeriment li kien għamel il-Ministru Vella biex is-sitwazzjoni fil-Libja titpoġġa fuq l-agenda ta’ din il-laqgħa, il-Ministri ddiskutew fit-tul kif jistgħu jġħinu lil-Libja tikseb l-istabbilta’ politika u istituzzjonali li għandha bżonn.

Il-Ministri rreferew ukoll għall-Association Council li sar mat-Tuneżija nhar it-Tnejn fi Brussell u ddiskutew kif jistgħu jgħinu lil dan il-pajjiż fit-transizzjoni politika li għaddej minnha. Il-Ministri tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra li jeffettwaw is-sigurta’ u l-istabbilita’ fil-Mediterran.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat minn Membru Parlamentari. Hija ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn qalet li bid-deċiżjoni tagħha infurmat lill-Ispeaker tal-Kamra. “Il-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni….

Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Aktar