Lokali
Il-Ministru Dalli: sitwazzjoni mhix aċċettabbli u nifhem il-frustrazzjoni tan-nies dwar qtugħ ta’ dawl

Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli qalet li s-sitwazzjoni dwar qtugħ fis-servizz tal-elettriku fl-aħħar jiem mhix aċċettabbli u tifhem il-frustrazzjoni tan-nies.

Mistoqsija minn TVM dwar qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’għadd ta’ lokalitajiet, il-Ministru Dalli qalet li qed issir ħidma biex jonqos dan il-qtugħ fis-servizz tal-elettriku.

Fost oħrajn semmiet li l-Enemalta qed tkompli tinvesti fis-sistema infrastrutturali ta’ distribuzzjoni. Qalet li fl-aħħar snin diġà sar investiment ta’ €130 miljun fis-sistema ta’ distribuzzjoni. Hija qalet li dan wassal biex il-każi ta’ qtugħ ta’ dawl naqsu bin-nofs. Madankollu qalet li mhix kuntenta b’dan u għalhekk se tkompli ssir ħidma biex il-klijent jieħu l-aqwa servizz possibbli.