Lokali
Il-mira tal-proġett għall-appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra qiegħda nofs triq

Id-diriġenti tal-Fondazzjoni Puttinu qalu lil TVM li wara li fil-maratona ta’ tmiem il-gimgha inġabret is-somma ta’ ‘l fuq minn miljun u sitt mitt elf ewro, il-mira biex iseħħ il-proġett għal appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra qiegħda nofs triq. Angele Cuschieri u Rennie Zerafa qalu li l-maratona wriet li l-poplu Malti fehem il-bżonn li jinbnew dawn l-appartamenti biex tittaffa t-tbatija tal-familji u individwi li jitilgħu għall-kura f’Londra.

Il-ħmistax-il edizzjoni tal-maratona b’risq Puttinu Cares u l-proġett ambizjuż biex ikollhom appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra għal pazjenti u l-qraba li jitilqgħu għall-kura f’Londra rat għotjiet minn familji, individwi u l-kumpaniji li skorrew il-miljun u sitt mitt elf ewro.

Rennie Zerafa u Angele Cuschieri qalu lil TVM li minkejja li jinsabu għajjenin wara tant iljieli ta’ ħidma flimkien mal-voluntiera, iħossuhom grati lejn il-poplu Malti u Għawdxi.

“Inħossuna ferħanin li l-pubbliku qed jemmen fil-proġett, u tana risposta u responsabbiltà li l-flus qed itina ninvestuhom f’darba għal dejjem”

Għall-proġett ta’ bini ta’ appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra, il-Fondazzjoni Puttinu tistma li għandha bżonn tletin miljun ewro.

Angele Cuschieri qalet “qisna qegħdin nofs triq, meta tara l-pazjenti żgħar u l-pazjenti li ġew hemm u li kienu huma li ġew jgħinu lil ħaddieħor ma tistax ma tgħinx lil dawn in-nies”

Rennie u Angele qalu li se jibqgħu jaħdmu bla heda biex ikun hemm iktar serħan il-moħħ għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura anki jekk għal tul ta’ żmien.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fl-isptar Mater Dei fil-preżenza ta’ uliedu Sonia u Charlene, Publius Borg kien jidher fi stat ta’ saħħa tajba, jumejn biss wara li sarulu intervent f’qalbu biex jevita attakk ta’ puplesija….

Kultura

Malta mogħnija b’mużewijiet u siti storiċi b’valur u wirt kulturali mprezzabbli fosthom il-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu fl-Ewropa li għadu miftuħ għall-pubbliku. Fil-ħsieb ta’ ħafna nies, il-mużewijiet u…

Lokali

L-Avukat Jean-Pilippe Chetcuti qal li d-ditta legali li huwa msieħeb fiha tilqa’ r-rapport li sar mill-uffiċċju tar-regolatur taċ-ċittadinanza b’investiment (IIP), b’rabta ma’ dak li xxandar minn programm televiżiv Franċiż fuq…

Kronaka

Raġel ta’ 83 sena residenti l-Fgura jinsab isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u nofs, hu ġie mtajjar. L-inċident seħħ fi Triq San Tumas fil-Fgura, meta…

Aktar