Kurżitajiet
Missier Hello Kitty jirriżenja ta’ 92 sena

Il-fundatur tal-kumpanija Ġappuniża li ħolqot il-karattru tant magħruf ta’ Helo Kitty ħabbar li se jirriżenja mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv.

Shintaro Tsuji, li għandu 92 sena, se jgħaddi t-tmexxija f’idejn in-neputi tiegħu, Tomokuni Tsuji, li għandu 31 sena.

Din id-deċiżjoni se timmarka l-ewwel tibdil fit-tmexxija ta’ din il-kumpanija li twaqqfet mas-60 sena ilu.

Il-ħolqien ta’ Hello Kitty, qattusa bajda b’ċoff aħmar jew roża, kiseb popolarità kbira mad-dinja kollha, u baqa’ mfittex tul l-aħħar ħamsin sena, fejn dan l-aħħar sar ukoll popolari mal-adulti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f’inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani. Putin…

COVID-19

Fi New Zealand wara mitt jum mingħajr każ ġdid, irreġistraw 4 każijiet ġodda, bis-sors tal-infezzjonijiet għadu mhux magħruf. Il-każijiet instabu f’Auckland. B’reazzjoni għal din l-aħbar il-Prim Ministru Jacinda Ardern ħabbret…

Aktar