Familja
Il-missirijiet qed jimpenjaw ruħhom iżjed fil-ħajja tal-familja

Minn stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ li l-missirijiet qed jimpenjaw ruħhom ferm iżjed fil-ħajja tal-familja. Fejn sa ftit tas-snin ilu l-mara kienet responsabbli kważi għalkollox mill-kura tal-ulied, dan l-irwol issa qed isir anke mill-irġiel minħabba li l-mara ħarġet taħdem.

Skont stħarrig tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bbażat fuq il-labour force survey tal-2018 irriżulta li l-istil ta’ ħajja tal-familja Maltija qed jinbidel.

L-istħarrig analizza l-ħajja tax-xogħol u l-familja, bil-Professur Godfrey Baldacchino josserva li l-parteċipazzjoni tal-missirijiet fil-ħajja tal-familja żdiedet sew u qed jinħassu wkoll l-effetti ta’ diversi miżuri soċjali li ttieħdu matul iż-żmien.

“Qed naraw żieda qawwija ta’ impenn fil-familja kemm mill-irġiel u anke nisa u b’mod partikolari anke tal-irġiel li qed jieħdu f’idejhom ir-responsabiltajiet fil-kura u ż-żamma tal-ulied. Qed naraw ukoll xejra fejn il-kwalità tal-ħajja f’Malta ma tiddependix biss mill-għejxien u dħul ekonomiku imma anke mill-bażi soċjali u l-kwalità ta’ għejxien li wieħed isib fid-dar.”

Kif joħrog mill-istħarriġ tal-NSO il-flessibilità fuq ix-xogħol hija mfittxija aktar, speċjalment għan-nisa fejn tlaħħaq is-56.2%.

Irriżulta li aktar ħaddiema qed jaħdmu bit-teleworking speċjalment dawk li qed irabbu l-ulied tant li wieħed minn kull tliet ħaddiema qed jingħataw l-opportunità li jaħdmu b’ħinijiet flessibbli.

“Kif is-soċjetà tgħin lill-familja biex ikollhom il-kura u ż-żamma tat-tfal tagħhom, joffrulhomm edukazzjoni tajba anke fis-snin bikrin joffrulhom opportunitajiet ta’ flessibilita fix-xogħol, fil-ħin u fil-post minn fejn jaħdmu,inkluż it-teleworking, dawn huma kollha inizjattivi li jippermettu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja.”

L-istħarriġ tal-Uffiċċju tal-Istatistika jindika li l-ħin twil fuq il-post tax-xogħol huwa ostaklu għall-ħajja u l-ħtiġijiet tal-familja, bi kważi kwart ta’ dawk mistħarrġa jistqarru li din hija problema.

Jingħad ukoll li wieħed minn kull erbgħa li qed irabbu t-tfal jagħmlu użu miċ-childcare centres filwaqt li l-pubblikazzjoni tal-NSO turi li ftit aktar minn 66% tal-ħaddiema ta’ bejn 18 u 64 sena qatt ma waqfu mix-xogħol biex itejbu l-karriera professjonali tagħhom.

Il-Professur Baldacchino qal li minn studju li qed jagħmel joħroġ li fl-aħħar 30 sena l-ħaddiema f’Malta rduppjaw.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar