Il-MITA b’proġett biex il-Maltin jużaw aktar is-servizzi online

Il-Gvern se jibda proċess biex jissimplifika l-mod kif wieħed juża s-servizz online, bil-mira li sal-aħħar tas-sena d-dieħla jiżdiedu l-Maltin u l-Għawdxin li permezz tal-internet jieħdu s-servizzi li jkollhom bżonn mid-dipartimenti tal-Gvern. Paragun mal-medja Ewropea, Malta għad għandha rata baxxa tal-persuni li qed jużaw is-servizzi online.

Sal-lum huma 27% biss tal-Maltin li jinqdew mis-servizzi tal-Gvern online, mqabbel mar-rata medja ta’ 33% fl-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifra hija waħda baxxa meta wieħed iqis li n-numru ta’ servizzi tal-Gvern online huma fost l-aqwa fl-Ewropa. Proġett b’fondi Ewropej se jipprova jibdel din ix-xejra bil-mira li sal-aħħar tas-sena d-dieħla dawk li jinqdew mis-servizzi online tal-Gvern jiżdiedu bi 8.5% oħra.

Il-proġett ta’ sitt xhur se jiswa kwart ta’ miljun ewro u se tmexxih l-Aġenzija Maltija għat-Teknologija tal-Informatika.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MITA Tony Sultana qal li se jaghmlu riċerka biex jaraw għalfejn in-nies mhux jużaw is-servizzi online, filwaqt li se jagħmlu wkoll kampanja edukattiva biex iktar nies jużawhom. Qal ukoll li se jħarġu l-uffiċjali pubbliċi li jiggwidaw lin-nies u jagħmlu workshops għall-uffiċjali għolja taċ-ċivil bl-għajnuna ta’ esperti Daniżi.

Il-ħaddiema maċ-ċivil se jkollhom sehem importanti fil-proġett. Waqt il-proġett se jitħarrġu madwar 220 ħaddiem mal-Gvern biex jgħinu n-nies jużaw iktar l-internet għas-servizz mill-Gvern. Il-kap taċ-ċivil Mario Cutajar qal li biex in-nies tuża iktar is-servizzi online, l-aċċess irid ikun iktar faċli, effiċjenti u konvenjenti.

Is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera ħeġġeġ biex iktar nies jużaw is-servizzi online, għax barra li l-Gvern inaqqas l-ispiża ġenerali, il-pubbliku ikun qed jinqeda iktar malajr.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar