NGOs
Il-mixja ta’ Puttinu fil-Ġimgħa l-Kbira se tibdel ir-rotta

Għal darb’ oħra l-poplu Malti se jżomm it-tradizzjoni tal-aħħar ħmistax-il sena b’mixja mill-Mellieħa fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira.

Din is-sena, iżda, se tkun qed tinbidel ir-rotta, hekk kif il-mixja tibda mill-pjazza tal-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa fin-nofsiegħa, u tispiċċa fuq il-Fosos tal-Furjana, minflok fl-Isla, bħal ma jsir is-soltu.

L-organizzaturi spjegaw li dan it-tibdil sar minħabba x-xogħlijiet li qed isiru fil-Marsa, u li jistgħu jkunu ta’ periklu għal min ikun qed jimxi fid-dlam. B’kollox ir-rotta se tkun twila 22 kilometru, u għandha tieħu madwar erba’ sigħat.

Il-parteċipanti huma mitluba jagħtu donazzjoni ta’ €10 b’risq Puttinu Cares. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn hawn.

Is-sena l-oħra nġabru €91,000 bis-saħħa ta’ din il-mixja, li fiha pparteċipaw madwar 10,000 persuna.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar