Aġġornat: titnaddaf il-miżbla taħt il-pont ta’ San Ġiljan

tvm.com.mt jinsab infurmat li l-miżbla ta’ taħt il-pont ta’ Manuel Dimech f’San Ġiljan issa tnaddfet mill-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif.

Dalgħodu tvm.com.mt irrapporta li din iż-żona kienet żviluppat f’miżbla ta’ terrapien, ħġieġ,  kaxxi, basktijiet, affarijiet tad-dar u oġġetti oħra saħansitra anki nofs sufan wara li qarrej ta’ dan is-sit stqarr magħna li kien hemm bżonn li tittieħed azzjoni malajr f’din iż-żona għax kull darba li titnaddaf terġa’ timtela’ bl-iskart illegali wara biss ftit jiem. Huwa ddeskriva s-sitwazzjoni bħala marda li l-Maltin ma jistgħux ifiqu minnha.

tindif

Aktar tard id-Direttur tad-Direttorat għat-Tindif, is-Sur Ramon Deguara tkellem ma’ tvm.com.mt u qal li kienet se tittieħed azzjoni minnufih biex jitnaddaf dan is-sit wara li lbieraħ waslu ilmenti dwar l-iskart mormi f’din iż-żona. Is-Sur Deguara qal li minkejja li ż-żona taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, id-Direttorat ħass li kellu jieħu azzjoni immedjata anki minħabba li dan il-post jinsab qrib ħafna ta’ żona turistika.

Is-Sur Deguara appella lill-pubbliku biex iżomm pajjiżu nadif u jagħmel użu mill-faċilitajiet u s-servizzi kollha li jeżistu biex jiddisponi mill-iskart.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Tyrone Difesa, ġuvni ta’ 22 sena minn San Ġiljan tressaq il-Qorti wara li nqabad isuq mingħajr liċenzja u assikurazzjoni u b’sustanza suspettata li hi droga fil-karozza. Difesa kellu fuqu 262kg…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Momument tal-Assedju l-Kbir jibqa’ tal-poplu Malti u ta’ ħadd iżjed. Dan qalu waqt konferenza stampa fejn ġiet imħabbra r-riżenja tal-Kummissarju Lawrence Cutajar. Fl-isfond tal-mistoqsija…

Qorti

Quddiem il-Maġisrat Nadine Lia beda jinstema l-każ ta’ Anees Badroush li jinsab akkużat li allegatament tajjar anzjan ta’ 69 sena f’Ħal Qormi. L-inċident imur lura għall-10 ta’ Jannar 2020, meta…

Qorti

Ateri Ahmed Alfurjani, Libjan ta’ 25 sena li jgħix fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih dwar każ marbut ma’ ħruq ta’ karozza. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur…

Aktar