Barranin
Il-miżuri tal-Gvern Ungeriż biex tiġi miġġielda l-pandemija mhux konformi mar-regoli tal-UE – il-PE

Il-Membri Parlamentari Ewropej jaqblu li fl-Ungerija d-demokrazija u d-drittijiet fundamentali huma mhedda, u għalhekk qed iħeġġu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipproteġu liċ-ċittadini Ungeriżi u l-istat tad-dritt.

F’dibattitu mal-Viċi President tal-Kummissjoni, Vera Jourová u l-Presidenza Kroata tal-UE, il-maġġoranza tal-kelliema enfasizzaw li l-miżuri ta’ emerġenza meħuda mill-Gvern Ungeriż biex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19, inkluża d-dikjarazzjoni ta’ stat ta’ emerġenza illimitat, mhumiex konformi mar-regoli tal-UE u wissew dwar żieda fir-riskju għad-demokrazija.

Diversi MPE talbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tlesti l-iskrutinju tal-bidliet legali u tniedi l-proċeduri ta’ ksur tar-regoli kontra l-Ungerija. Huma talbu speċifikament li jitwaqqfu l-pagamenti lill-Ungerija, fil-qafas tal-perspettivi finanzjarji ġodda u l-pjan ta’ rkupru, sakemm ma jiġix irrispettat l-istat tad-dritt. Huma kkritikaw ukoll l-attitudni passiva tal-Kunsill u insistew li dan għandu jipproċedi bil-proċedura tal-Artikolu 7 mibdija mill-Parlament.

Ftit mill-MPE iddefendew id-deċiżjonijiet meħuda minn dak li huma ddeskrivew bħala Parlament elett demokratikament fl-Ungerija u qabblu l-miżuri eċċezzjonali adottati fil-pajjiż ma’ dawk meħuda minn Stati Membri oħra tal-UE, bħal Franza jew Spanja.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, ħabbret ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja. Qalet li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali rikonoxxut minnha u bbażat fi Tripli u l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata…

Barranin

Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika wara referendum li kien staqsa lill-elettorat Taljan jekk wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-pajjiż għandux isir Repubblika. Dan il-jum nazzjonali din is-sena qed jitqies…

Barranin

L-esperti u x-xjentisti tal-World Health Organisation (WHO) qalu li mhemm l-ebda evidenza li tissostanzja dak li qal tabib rispettat Taljan, li l-Coronavirus qed jiddgħajjef. Il-Professur Alberto Zangrillo, li jmexxi t-taqsima…

Aktar