COVID-19
Il-mobiles b’teknoloġija li tavżak jekk ikun hemm persuna viċin bil-Covid-19

Kemm il-mobiles Android u anki l-iPhones żiedu għodda fis-sistemi tal-operat tagħhom li taħdem ma’ apps biex tidentifika persuni bil-Covid-19 fil-viċinanzi ta’ min ikun qed juża l-mobile.

Din l-għodda hija mitfija b’mod awtomatiku, u mhix app fiha nnifisha, iżda tippermetti li l-app taħdem fl-isfond waqt li tibqa’ tintuża l-Bluetooth. L-app tkejjel id-distanza bejnek u bejn utenti oħra tal-mobile fil-viċinanzi, u tavżak jekk ftit wara xi ħadd minn dawk li kienu madwarek jittestja pożittiv għall-Covid-19.

Fl-iPhones din l-għodda l-ġdida tinsab fl-app tas-‘settings’, fejn wieħed irid jidħol fil-menù tal-privatezza u wara fis-sezzjoni tas-saħħa. Fuq il-mobiles Android din tinsab fis-‘settings’, imbagħad wieħed irid jidħol fis-servizzi u l-preferenzi ta’ Google.

F’Malta, kif ukoll f’pajjiżi Ewropej bħar-Renju Unit, ma ntużaw l-ebda ‘contact tracing apps’ minħabba tħassib mill-awtoritajiet fuq il-protezzjoni tad-data tal-individwi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Aktar