Il-Morning After Pill m’għandha x’taqsam xejn mal-abort – iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott qal li min hu kontra l-abort m’għandux għax x’jinkwieta bil-Morning After Pill għax din m’għandha x’taqsam xejn mal-abort.
F’kummenti lil tvm.com.mt, il-Professur Serracino Inglott qal li bħalissa l-Awtorità m’għandha l-ebda applikazzjoni pendenti f’Malta biex il-Morning After Pill tidħol fis-suq Malti iżda qal li f’Malta diġà hawn pillola li hija approvata. Qal li bħalissa f’Malta hawn pillola li hija awtorizzata b’mod ċentrali. Huwa rrefera għaliha bħala Morning After pill, jiġifieri emergency contraceptive.
Mistoqsi għaliex sar dan il-protest ġudizzjarju meta teżisti din il-pillola, huwa qal li meta staqsewhom weġbuhom li jista’ jkun li hija illegali li ddaħħalha f’Malta. Qal li wara li vverifikaw l-affarijiet kollha, din il-primary indication tagħha hija ta’ emergency contraceptive.
Huwa żied jgħid li huma jħarsu lejn postijiet simili ta’ Malta. Qal li fl-Irlanda fejn l-abort huwa illegali, iż-żewġ tipi ta’ morning after pill jistgħu jingħataw mingħajr riċetta. Sostna li l-kontroversja li nqalgħet dan l-aħħar dwar il-Morning After Pill hija “storm in a tea cup” u li min hu kontra l-abort m’għandux għax jinkwieta “għax din m’għandha x’taqsam xejn mal-abort”.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Aktar