NGOs
Il-Moviment Graffiti jingħaqad fl-oppożizzjoni kontra l-bini ta’ dar privata għall-anzjani fuq art ODZ

Il-Moviment Graffiti qal li residenti ta’ Hal-Safi, taż-Żurrieq u ta’ Ħal Kirkop ingħaqdu biex jopponu binja enormi fuq art barra ż-żona tal-iżvilupp fiż-Żurrieq billi bdew il-kampanja Save L-Għadir ODZ.

Fi stqarrija l-Moviment Graffiti qal li l-Kunsilli Lokali tat-tliet lokalitajiet ukoll qegħdin joġġezzjonaw għall-proġett, li se jwassal biex tintilef biċċa art verġni agrikola kbira biex tinbena dar privata għall-anzjani.

Il-Moviment Graffitti qed jappoġġja din il-kampanja u bagħat oġġezzjoni formali kontra dan l-iżvilupp lill-Awtorità tal-Ippjanar. Oġġezzjonijiet mill-pubbliku jistgħu isiru billi tintuża din il-formola online, li fiha oġġezzjoni miktuba mir-residenti, sad-29 ta’ Mejju.

Fl-istqarrija ntqal li skont il-politika eżistenti, is-sit in kwistjoni jista’ jintuża biss għal attività agrikola. Hemm ukoll diversi żoni fil-viċinanzi fejn jistgħu jinbnew djar għall-anzjani.

Qal li l-proġett propost se jeqred parti sostanzjali mill-wirt rurali, ambjentali u kulturali tal-inħawi. Se jeqred strixxa naturali ħadra li sservi bħala l-pulmun tal-villaġġi tal-madwar, u b’hekk jaffettwa b’mod negattiv il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ Hal-Safi, taż-Żurrieq u ta’ Ħal Kirkop billi se jibblokka l-arja nadifa li tant hi bżonnjuża.

Il-Moviment Graffiti temm jgħid li Malta ma tistax tibqa’ titlef art agrikola u naturali prezzjuża minħabba proġetti spekulattivi bl-iskuża ta’ “djar għall-anzjani” li jippruvaw jisfruttaw il-lakuni li hemm fil-politika eżistenti biex jaqilgħu il-miljuni minn żvilupp ta’ art li tinsab barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ).
Aħbarijiet Oħra

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

L-MUT laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern=li l-istudenti jidħlu lura l-iskola bejn is-7 u l-14 t’Ottubru, minflok fit-30 ta’ Settembru. Fi stqarrija l-MUT qalet li kienet talbet għal dan il-posponiment biex l-iskejjel ikollhom…

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li, filwaqt li l-edukaturi se jidħlu lura għax-xogħol fit-28 ta’ Settembru kif skedat, l-istudenti se jibdew jidħlu lura mis-7 t’Ottubru. L-istudenti tal-istat tal-età obbligatorja se…

Aktar