Unjoni Ewropea
Il-MPE ta’ Malta fi 8 Kumitati tal-Parlament Ewropew

Nhar l-Erbgha, il-MPE vvutaw fuq id-daqs tal-20 kumitat u ż-żewġ sottokumitati tal-Parlament Ewropew. Il-kompożizzjoni tagħhom kienet ikkonfirmata fl-istess ġurnata mill-gruppi politiċi.

Il-Presidenti ser jiġu eletti fil-laqgħa kostituttiva ta’ kull kumitat u sottokumitat.

Il-kumitati li l-MPE ta’ Malta huma Membri u/jew Sostituti huma:

AGIUS SALIBA Alex (S&D)

Kumitat għas-Suq Intern u Ħarsien tal-Konsumatur  (Membru)

Kumitat għall-Petizzjonijiet (Membru)

Kumitat għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali (Sostitut)

CASA David (EPP)

Kumitat għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali (Membru)

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (Sostitut)

Cutajar Josianne (S&D)

Kumitat għall-Industrija, Riċerka u Enerġija (Membru)

Kumitat għat-Trasport u Turiżmu (Sostitut)

Kumitat għaż-Żvilupp Reġjonali (Sostitut)

DALLI Miriam (S&D)

Kumitat għall-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza ta’ l-Ikel (Membru)

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern (Sostitut)

METSOLA Roberta (EPP)

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern (Membru)

Kumitat għall-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza ta’ l-Ikel (Sostitut)

SANT Alfred (S&D)

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (Membru)

Kumitat għall-Petizzjonijiet (Membru)

Kumitat għall-Baġits (Sostitut)

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar