Reliġjon
Il-Musulmani m’għadhomx jiltaqgħu fi gruppi għat-talb tal-Ġimgħa lanqas fil-Moskea

Fil-jum tat-talb tal-ġimgħa tal-Musulmani, il-Fundatur tal-Kunsill tal-Komunità Musulmana f’Malta, Bader Zina qal li anke l-Musulmani m’għadhomx jiltaqgħu fi gruppi għat-talb tal-Ġimgħa lanqas fil-Moskea. Mistoqsi dwar residenzi madwar Malta li ġew ittrasformata f’Moskeji żgħar fosthom fil-Qawra, il-kelliem qal li sa fejn jaf hu, dawn mhumiex jiftħu iżda wera tħassib li d-direttivi tal-awtoritajiet mhux jaslu għal kulħadd.

“Il-messaġġi li qed joħorġu minn għand l-awtoritajiet qed ikunu bil-Malti u bl-Ingliż ħafna drabi meta jkun hemm il-konferenzi bil-Malti u allura l-barranin b’mod ġenerali mhux qed jaslilhom dak il-messaġġ tal-awtorità allura mhux qed ikunu aware jew konxji”.

Bader Zina kompla jgħid li flimkien mal-kollegi tiegħu fil-‘Migrant Learners Unit’ id-direttivi tal-awtoritajiet qed jiġu tradotti u mxerrda fil-komunità permezz tal-kelma jew il-midja soċjali.

Ma’ Television Malta qal li l-kommunità Musulmana f’Malta qed taddatta għaċ-ċirkostanzi fosthom b’talb virtwali.

“Aħna obbligati nitolbu ħames darbiet kuljum, dawk it-talbiet tista tagħmilhom kullimkien tista’ tkun ix-xogħol, tista’ tkun fit-triq, fid-dar tiegħek. Jien u aħna minn sħabna li qed nagħmlu xogħolna mid-dar qed nagmlu t-talb mid-dar mal-familja fejn għal ċertu perjodu ma konniex nagħmluh qabel minħabba li konna nkunu barra.”

Il-fundatur tal-Kunsill wiegħed li fil-priedka li jmiss se jisħaq fuq il-bżonn li l-komunità jsegwi id-direttivi kollha tal-awtoritajiet fosthom li ma jiltaqgħux fi gruppi għaliex kulħadd irid jagħmel il-biċċa tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Edukazzjoni

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li fl-operat mill-ġdid taċ-child care centres se jinstab bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa tat-tfal u l-operat ta’ dawn iċ-ċentri. Dr Bonnici qal li lest jikkunsidra ideat…

Aktar