Kultura
Il-mużew marittimu fil-Birgu se jiftaħ l-aċċess għall-fran navali

L-ispazju tal-mużew marittimu se jiżdied b’aktar minn 500 metru kwadru bil-pjan li jinfetaħ l-aċċess għall-fran navali li hemm fil-binja fil-Birgu. Se jsir restawr ta’ parti mill-binja u diġitazzjoni ta’ wħud mill-oġġetti fil-mużew. Dan se jsir b’investiment ta’ żewġ miljun u għandu jitlesta fi żmien tliet snin.

Il-kollezzjoni ta’ Heritage Malta fil-Mużew Marittimu ser tkompli tikber u titjib bl-estensjoni f’dawk li kienu l-fran tas-servizzi Ingliżi f’Malta. Il-proġett ser isir b’investiment ta’ żewġ miljun ewro mill-fondi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-fondi tan-Norveġja se jsir proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Mużew Marittimu.

L-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit qal li b’dawn il-fondi se jsir restawr ta’ partijiet mill-binja fil-Birgu. “Ħa nużaw ukoll il-fondi ta’ dan il-proġett sabiex nagħmlu digitisation tal-kollezzjoni marittima. Tajjeb li ngħidu li Heritage Malta u l-Gvern ħa jinvesti wkoll iktar flus, flimkien ma’ dawn iż-żewġ miljuni sabiex nagħtu ħajja differetni lil dan il-mużew. Ħa nagħmlu modi ta’ interpretazzjoni innovattivi u teknoloġiċi.”

Iċ-Chairman ta’ Heritage Malta, Anton Refalo, qal li l-proġett se jiffoka fuq l-aspett virtwali u diġitali hekk kif se ssir diġitizzazzjoni ta’ elfejn u sitt mitt oġġett mill-kollezzjoni tal-mużew. Qal li l-mużew marittimu b’hekk se jkun aktar interattiv. Min-naħa tiegħu, il-kuratur tal-mużew marittimu, Liam Gauci, qal li l-proġett se jiffoka fuq l-affarijiet li huma sinonimi mal-identità tagħna. Żied li se tiżdied l-aċċessibilità u li se jinfetħu aktar swali fil-mużew.

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici qal li dan il-proġett se jikkontribwixxi għat-titjib tal-iżviliupp ekonomiku u soċjali bit-tisħiħ tal-wirt kulturali. Qal li b’dan il-proġett l-ispazju tal-mużew marittimu se jiżdied b’aktar minn ħames mitt metru kwadru. Semma li dan il-mużew iżuruh għoxrin elf viżitatur fis-sena.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, qal li fl-aħħar xhur il-gvern ibbenefika minn tmien miljun ewro taħt il-mekkaniżmu finanzjarju taż-żona ekonomika Ewropea u dak tan-Norveġja, jiġifieri tliet miljun ewra aktar mill-programm ta’ qabel.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel li twaqqaf mill-Pulizija meta kien wieqaf quddiem ħanut fi Triq Ħal Tarxien f’Raħal Ġdid fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, instab li kellu fuqu oġġetti li jintużaw għall-isgassar u s-serq, fosthom virga,…

Kisbiet

Iċ-Chairman tal-Public Broadcasting Services Limited, Cavaliere Dr Tonio Portughese ppreżenta d-DVDs tal-kunċert mill-Banda La Valette “La Sollevazione di Cristo” u l-intervista mal-Mro Joseph Sammut lill-President Jonathan Grima kif ukoll lis-Sindku…

Droga

16-il persuna, fosthom żewġ nisa, fl-etajiet ta’ bejn l-20 u l-55 sena, temmew programm ta’ rijabilitazzjoni mill-użu tad-droga u ħadu sehem f’ċerimonja ta’ gradwazzjoni li ċċelebrat is-suċċess tagħhom. Iċ-ċerimonja bit-tema…

Lokali

Il-Fondazzjoni Foodbank Lifeline tal-Knisja Metodista f’Malta qed tkompli tifrex il-ħidma tagħha bit-tqassim ta’ ikel lil familji fil-bżonn. Il-Fondazzjoni qalet li sal-aħħar tas-sena mistennija tgħin aktar minn 16,000 persuna bi spiża…

Aktar