Kultura
Il-Mużew tal-Arkeoloġija b’kunċert għall-maħbubin

Il-Gran Salon fil-Mużew tal-Arkeoloġija hi waħda mill-isbaħ swali fil-Belt b’ħitan impittra u saqaf li hu wieħed mill-ftit eżempji oriġinali ta’ soffitt tal-injam tas-seklu sittax. Din is-sala ntgħażlet għal tliet kunċerti b’isem komuni l-ġimgħa d-dieħla: “Unforgettable”.

L-ambjent rikk tal-Gran Salon fil-Belt, sala fis-sular ta’ fuq tal-Berġa ta’ Provence li fiha kienu jsiru bosta attivitajiet mill-Kavallieri minn dan ir-reġjun fi Franza, se jkun l-isfond għal kunċert biex jiċċelebra Jum San Valentinu.

Il-kunċert “Unforgettable” hu maħsub li joħloq esperjenza maġika li tqanqal nostalġija għall-mużika romantika miż-żmien tad-deheb tal-iswing u l-jazz minn leġġendi bħal Mario Lanza, Nat King Cole u Frank Sinatra. Il-kunċert se jittella’ bis-sehem tat-tenur żagħżugħ Nico Darmanin li se jkun akkumpanjat mill-Big Band Brothers u l-kantanta Jasmine Abela.

“Tant għandna ħajja mgħaġġla illum li forsi ninsew emozzjonijiet ta’ meta tkun għadek teenager u l-ewwel darba, kif ngħidu bl-Ingliż tħoss l-butterflies jien vera nemmen li din il-mużika tista ttik in-nostalġija biex tiftakar u l-opportunità biex terġa tidħol f’dak l-istat li tħoss din l-imħabba lejn il-maħbub jew il-maħbuba tiegħek” qal it-Tenus Nico Darmanin.

Nico Darmanin qed inaqqax popolarità fiċ-ċrieki tal-opra internazzjonali u tella’ rappreżentazzjonijiet fir-Royal Opera House f’Londra u l-Glyndebourne Opera House. Apparti fil-festa tal-maħbubin, il-kunċert Unforgettable se jittella’ wkoll fil-jumejn ta’ wara.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar