Il-mużew tal-arti għall-Berġa tal-Italja

Kelliem għall-Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura kkonferma li l-Gvern se jkompli bil-proċess biex il-mużew tal-arti jiċċaqlaq għall-berġa tal-Italja flok il-Ministeru u l-Awtorita’ tat-Turizmu.

Dan wara li fl-aħħar ġimgħat abbanduna l-pjani li bdew fl-aħħar sentejn minħabba li x-xogħol tal-ministeru u l-awtorita’ ma jistax isir mill-Admiralty House fejn hemm l-mużew tal-arti llum. Dan ġab reazzjoni negattivi minn diversi nies midħla tal-arti u l-istorja.

Il-kelliem għall-Gvern qal li għalhekk il-Ministeru issa qed ifittex post alternattiv fejn jistgħu jaħdmu sew kemm l-uffiċjali tal-ministeru u l-awtorita’ tat-turiżmu.

 

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-disgħa ta’ għada filgħodu u…

Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Stejjer Umani

L-imħabba hi minsuġa fil-karattru ta’ William Saliba. L-altruwiżmu tiegħu jispikka ma’ pazjenti b’mard fil-kliewi. Għamel l-isfida tal-Lifecyle tnax-il darba…iżda fuq kollox kien bħas-Samaritan it-Tajjeb, b’ġest ma’ raġel ieħor meta tah…

Aktar