Lokali
Il-PA tieħu azzjoni f’Ta’ Qali fejn qed jintrema skart tal-kostruzzjoni

L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet azzjoni ta’ tindif ta’ tunnellati ta’ skart li mistennija tieħu diversi jiem f’żona abbandunata qrib il-mużew tal-avjazzjoni f’Ta’ Qali fejn matul is-snin intrema skart ta’ kostruzzjoni u skart ieħor b’mod illegali.

L-Awtorità tal-Ippjanar għaddejja b’azzjoni ta’ tindif f’żona abbandunata f’Ta’ Qali fejn kien qed jintrema ammont kbir ta’ skart tal-kostruzzjoni b’mod illegali. L-azzjoni mistennija tieħu diversi jiem biex jiġi sgumbrat l-iskart kollu mifrux fuq 49 tomna. Uffiċjal fl-Awtorità tal-Ippjanar Charles Gafà qal li l-Awtorità minnbarra li tneħħi l-iskart trid tneħħi wkoll il-perikli li hemm f’dal-post abbundanat.

“L-awtorità bdiet il-proċess min-naħa tagħha billi l-ewwel tipprova tfittex is-sidien, tara min tefgħu u toħroġ enforcement notice. Wara li tinħareġ l-enforcement notice jkun hemm proċess li jiġi segwit jiġifieri nistennew jekk tidħolx xi tip ta’ applikazzjoni jew appell, f’dan il-każ ma sar xejn minnu għax il-post huwa fi stat ta’ abbandun. Irriżulta wkoll li l-post mhux sikur għan-nies li jiffrekwentaw l-area. Irriżulta li hawn ġwiebi miftuħin u pjuttost fondi” qal is-Sur Gafà.

Fl-art tal-gvern, ma’ ġenb binja abbandunata li kienet fabbrika tal-planki tal-concrete, kien qed jintefa’ kull tip ta’ skart inkluż għamara mkissra u tagħmir elettroniku.

“Hawnhekk il-materjal huwa mħallat f’dan il-każ allura aħna waqt id-direct action nissortjawh il-materjal u niddepożitawh fil-postijiet designated għal dak il-materjal li nkunu qed nittrasportaw” kompla jgħid is-Sur Gafà.

Is-Sur Gafà qal li dal-post issa qed jiġi mgħasses 24 siegħa kuljum permezz ta’ cameras li twaħħlu fiż-żona.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri, ġie arrestat f’Ħal Luqa wara li nqabad isuq bla liċenzja. TVM infurmat li  kienu għall-ħabta tal-5.30pm, Debono ntlemaħ isuq…

Statistika

L-għadd ta’ inċidenti rrappurtati fl-ewwel tliet xhur tas-sena żdiedu b’aktar minn 8% meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Marzu kienu rappurtati 3,656…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Aktar