Ambjent
IL-PA tirrifjuta applikazzjoni biex art agrikola sservi ta’ parkeġġ għal Gianpula

L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat li tagħti permess biex art agrikola li nbidlet f’parkeġġ għall-karozzi tkompli sservi ta’ faċilità għall-kumpless Gianpula fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni nnotat li s-sit kien f’żona agrikola u għalhekk dan l-iżvilupp imur kontra kemm il-Politika Rurali u l-għanijiet tal-iSped.

Il-Kummissjoni qablet mal-konklużjonijiet tad-Direttorat tat-Tmexxija tal-Iżvilupp li l-parkeġġ ma jistax jitqies bħala tali, peress li minn ritratti li ttieħdu mill-ajru fl-1978, jirriżulta ċar li dan is-sit kien jintuża għal skopijiet agrikoli.

L-Awtorità qalet li d-Direttorat tal-Inforzar issa se jassigura li dan is-sit jerġa’ lura għall-istat oriġinali tiegħu.