Ekonomija u Finanzi
Il-pagi tal-ħaddiema se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin – il-Kummissjoni Ewropea

Skont it-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ħarifa, l-ekonomija Malta se tibqa’ robusta u se tkompli tikber b’5.4% din is-sena minħabba li l-Maltin qed ikomplu jonfoqu iktar fil-konsum domestiku.

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li permezz tas-settur tas-servizzi l-pajjiż se jkompli jirreġistra s-surplus, anke jekk forsi mhux fl-istess livelli tas-snin li għaddew, l-iktar minħabba li d-dħul mill-programm ta’ ċittadinanza se jkun iktar baxx mis-sena li għaddiet.

Jingħad ukoll li l-impjiegi se jibqgħu jinħolqu b’rata ta’ 5% sal-aħħar ta’ din is-sena, 3.6% is-sena d-dieħla u 3.4% fl-2020.   Il-qgħad se jkompli jinżel għal 3.9% din is-sena, u huwa mbassar li jinżel marġinalment għal 4% fl-2019 u l-2020.

Dan ix-xenarju mistenni jirriżulta f’żieda fil-pagi għall-ħaddiema, tant li l-Kummissjoni qed tbassar li dawn se jogħlew bit-triplu tal-medja tal-UE.

Fuq livell Ewropew, it-tkabbir ekonomiku fiż-żona Ewro huwa previst li jkun l-għola fl-aħħar 10 snin, filwaqt li l-istess sentiment pożittiv jinħass fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis qal li l-ekonomiji Ewropej kollha se jkomplu jikbru din is-sena u s-sena ta’ wara u se jinħolqu iktar impjiegi, iżda l-UE trid tibqa’ kawta minħabba xi riskji li ġejjin minn barra li jistgħu jaffettwaw l-attività ekonomika.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici qal li dan ix-xenarju huwa previst għas-sentejn li ġejjin, u appella lill-pajjiżi membri biex jaħdmu flimkiem biex l-ekonomija Ewropea tibqa’ b’saħħitha f’każ ta’ xi sfidi li jiġu minn barra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż kull sena qed jibgħat erba’ artisti Maltin fi provinċja fiċ-Ċina biex wara li jifhmu l-aspetti kulturali, etniċ u naturali tar-reġjun jissiġillaw dak li jaraw fil-pittura jew il-fotografija….

Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea sejħet lill-istati membri bi skemi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment biex isaħħu l-kontrolli u l-iskrutinju li jagħmlu fuq l-applikanti minħabba r-riskji li dawn l-iskemi jistgħu jintużaw għal skopijiet…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-abbozz ta’ ftehim finali li se jiġi ppreżentat għall-ftehim mal-grupp Corinthia se jindirizza t-tħassib ġenwin li tqajjem minn kwartieri differenti. Mistoqsi dwar il-valur tal-art,…

Aktar