Politika
”Il-pajjiż gawda mill-fondi tal-UE” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-Kap tal-OppoŻizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-gvern qed ikejjel ir-riċessjoni mal-pandemija għax dak iż-żmien kien hemm 600 persuna qegħda aktar. Huwa qal illi l-pajjiż gawda bid-dħul fl-Unjoni Ewropea għax il-fondi Ewropej fetħu t-triq għal opportunitajiet ġodda fil-pajjiż.

Dr Grech qal li hemm bżonn li l-pajjiż joħroġ minn din il-kriżi; u sostna li l-Gvern se jissellef għax berbaq kollox u mhux veru li uża l-flus li qal li kellu mis-surplus. Qal li s-surplus intuża biex jiffinanzja n-nefqa rikorrenti.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-ispiża tal-Gvern żdiedet ukoll fi żmien il-pandemija minħabba li fis-sajf li għadda l-gvern naqqas il-miżuri u l-pandemija reġgħet għolliet rasha.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li għandu jkun hemm viżjoni u strateġija ċara ta’ fejn il-pajjiż irid imur fl-10 snin li ġejjin biex l-ekonomija tkun aktar reżiljenti u toħloq il-ġid.

Ara wkoll:

Approvata mozzjoni għal żieda fl-ammont ta’ self bilaterali mill-gvern