Lokali
Il-pajjiż għandu jkollu pjan fit-tul biex jattira niċeċ ekonomiċi ġodda – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-pajjiż għandu jkollu pjan fit-tul biex jattira niċeċ ekonomiċi ġodda. Dr Delia kien qed jitkellem f’laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem – l-MEA.

Huwa qal li pjan fit-tul iwassal għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u għall-ħolqien tax-xogħol. Żied jgħid li fl-aħħar snin Malta ma baqgħetx tattira setturi industrijali ġodda, u għalhekk li l-pajjiż qed jibqa’ dipendenti fuq is-setturi li nħolqu qabel.

Il-President tal-Malta Employers’ Association Dolores Sammut-Bonnici qalet li sfortunatament il-pajjiż qed iħabbat wiċċu ma’ sitwazzjoni fejn m’hawnx biżżejjed ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa għall-opportunitajiet tax-xogħol li qed jinħolqu.