Lokali
Il-pajjiż jista jnaqqas l-emissjonjiet tal-karbonju jekk ma jibqax jintuża l-petrol, id-dieżel u l-heavy fuel oil

Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku, fi stqarrija konġunta, qalu li huwa tajjeb li l-Prim Ministru qed jammetti li pajjiżna għandhom jittieħdu miżuri għal soċjetà iktar ġusta u ekonomija mingħajr l-użu tal-karbonju biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Il-kelliema ta’ Alternattiva Dr Ralph Cassar u Samuel Muscat qalu li l-pajjiż jista’ jnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju jekk ma jibqax jintuża l-petrol, id-dieżel u l-heavy fuel oil, kif ukoll bi pjan serju għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u ż-żieda ta’ elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli.