Il-pajjiżi tal-Commonwealth ifakkru Anzac Day – Arrestat żagħżugħ dwar komplott

Eluf ta’ nies inġabru fit-toroq ta’ Sydney hekk kif illum l-Awstralja, u l-pajjiżi tal-Commonwealth, inkluż Malta, ifakkru Anzac Day.

Veterani tal-gwerra u uffiċjali attwali tal-Armata, tal-Forzi Navali u tal-Aeronawtika ħadu sehem f’parata biex ifakkru l-anniversarju meta 101 sena ilu fl-Ewwel Gwerra Dinjija kienu niżlu t-truppi f’Gallipoli, it-Turkija, fl-iktar battalja mdemmija ta’ dak iż-żmien.

Intant, il-Pulizija Awstraljana arrestat żagħżugħ ta’ 16-il sena u qed takkużah li kien qed jikkumplotta attakk terroristiku li kien se jwettqu waqt il-kommemorazzjonijiet ta’ Jum l-Anzac f’Sydney.  Huwa mistenni jidher il-Qorti llum u jista’ jeħel sa massimu ta’ għomor il-ħabs.