Lokali
Il-Palazz tal-Girgenti jiftaħ il-bibien għall-pubbliku – l-ewwel edizzjoni tal-kunċert ‘A Night at the Palace’

Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela ħabbret li fit-22 ta’ Lulju l-Palazz tal-Girgenti se jkun miftuħ għall-pubbliku għall-ewwel edizzjoni tal-kunċert ‘A night at the Palace’ mill-Orkestra Filmarmonika Nazzjonali fl-ewwel appuntament bil-membri kollha tal-orkestra wara l-pandemija tal-COVID. Il-kunċert se jkun bla ħlas iżda se tintalab donazzjoni li tmur għall-organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu mal-annimali.

Il-palazz meraviljuż tal-Girgenti se jitgawda mill-pubbliku għall-kunċert imsejjaħ ‘A Night at the Palace’ li se jsir fit-22 ta’ Lulju.

Waqt li ħabbret dal-kunċert, Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru qalet li din se tkun opportunità sabiħa wara l-perjodu ta’ sfida li esperjenzajna fi żmien il-pandemija.”Dan il-kunċert mużikali li bih se niftħu l-bibien tal-palazz għall-pubbliku wara perjodu diffiċli tal-COVID li fih għamilna suċċess u issa jiena, Robert u Georgia Mae ħerqana li niltaqgħu man-nies għax l-arti tgħaqqad, tnissel paċi u serenità”

Iċ-Chairperson tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Sigmund Mifsud qal li jinsab entużjast ħafna għal dan il-proġett ġdid li se jwassal mument speċjali u partikolari billi hux biss se jerġa’ jgħaqqad lill-mużiċisti kollha tal-Orkestra iżda anke l-opra mal-musicals.

“Dan il-kunċert se tkun l-ewwel darba li l-Orkestra se tingħaqad kollha flimkien u għalhekk ħsibna li noħorġu b’kunċett li fih numru s-similaritajiet bejn il-musicals u l-opera, għalkemm il-musicals huma iktar popolari”.

Il-biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinġabru nhar it-Tnejn u t-Tlieta filgħodu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dr Abela qalet li d-dħul se jkun b’xejn iżda se tintalab donazzjoni għal kawża ġusta.

“Il-fondi se jmorru għal numru ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu f’kull settur tal-annimali kemm klieb, qtates u żwiemel u nappella lill-pubbliku biex jgħin lil dawn l-organizzazzjonijiet”.

Dr Abela qalet li fil-jiem li ġejjin mistennija tħabbar attivitajiet innovattivi li għandhom l-għan jgħaqqdu lill-poplu f’inizjattivi altruwistiċi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar