Barranin
Il-Palestinjani jidfnu l-mejtin l-għada tal-iktar jum imdemmi fl-aħħar snin

Fil-Lvant Nofsani irritornat il-kalma relattiva iżda fuq livell diplomatiku l-eku tal-vjolenza tal-bieraħ għadu jidwi b’diskussjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u bil-kundanna ġenerali ta’ Iżrael minn pajjiżi li normalment huma meqjusa bħala alleati tal-Istati Uniti u Iżrael.

Il-Gvern Malti wkoll wera dispjaċir għaż-żieda fil-vjolenza. Qal li d-dritt tal-espressjoni u ta’ protesti paċifiċi għandhom ikunu rispettati waqt li Iżrael għandu jirreaġixxi b’mod proporzjonat.

Il-Gvern wera tħassib li din iż-żieda fil-vjolenza thedded il-prospetti għal soluzzjoni fin-negozjati għal żewġ stati ta’ Iżrael u tal-Palestina.

L-għada tal-aktar jum imdemmi f’erba’ snin, fil-Medda ta’ Gaza llum il-Palestinjani bdew jidfnu lill-mejtin tagħhom, l-ewwel minn fost it-58 li lbieraħ inqatlu waqt li kienu qed jipprotestaw kontra l-ftuh tal-ambaxxata Amerikana f’Ġerusalemm. Il-Palestinjani nqatlu hekk kif truppi Iżraeljani fetħu n-nar fuqhom.

Il-funerali saru fl-istess jum li l-Palestinjani fakkru n-Nakba… it-tifkira qarsa ta’ meta sebgħin sena ilu mijiet ta’ eluf ta’ Palestinjani sfaw refuġjati hekk kif kellhom jaħarbu minn art twelidhom minħabba t-twaqqif ta’ Iżrael bħala stat.

Fuq livell diplomatiku iżda Iżrael kellu jħabbat wiċċu ma’ sensiela ta’ kundanni; min-Nazzjonijiet Magħquda, mir-Renju Unit, Franza u mir-Russja fost l-oħrajn.

L-Uffiċċju għad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Magħquda kkundana l-vjolenza mill-forzi tas-sigurt,a f’Gaza u qal li jinsab imħasseb b’dak li jista’ jseħħ, waqt li sejjaħ għal investigazzjoni indipendenti.

“Again, we call for independent, transparent investigations into all cases of death and injury since the 30th of March. Since that date, 112 Palestinians, including 14 children, have lost their lives at the fence and thousands have been injured,” qal Rupert Colville, Kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Min-naħa l-oħra l-Ambaxxatur tal-Istati Uniti għan-Nazzjoniijiet Magħquda faħħret il-mod kif Iżrael żamm kalm fil-konfront tal-Palestinjani. “No country in this chamber would act with more restraint than Israel has,” qalet Nikki Haley.

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu qal li l-militar aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu mit-tmexxija Iżlamista f’Gaza – il-Hamas – li skont Netanyahu trid teqred lil Iżrael.

Uffiċjali Palestinjani qalu li mal-elfejn u seba’ mitt elf persuna ndarbu f’dak li sejħu massakru. Huma sostnew li l-protesti kienu ġustifikati għax il-Lvant ta’ Ġerusalemm huwa tagħhom u jqisu d-deciżjoni ta’ Trump li jiftaħ ambaxxata hemm bħala ksur ta’ ftehim. Il-militar Iżraeljan min-naha tiegħu iddefenda ruħu billi qal li spara biss fuq dawk li sejjaħ bħala “terroristi”.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Barranin

Minn tal-inqas 11-il persuna mietu u oħrajn għadhom mitlufa wara għargħar mhux mistenni li laqat Pollino National Park fl-Italja. Għad ta’ persuni kienu qed jimxu fil-park f’Calabria meta bħal sajjetta…

Aktar