Lokali
Il-pandemija ġabet sens akbar għal dak kollu li bħas-saħħa ma jistax jinxtara bil-flus – bħad-demm

Il-pandemija ġabet bidliet mhux mistennija f’ħajjitna u sens akbar t’apprezzament lejn saħħtina u għal dak kollu li bħas-saħħa ma jistax jinxtara bil-flus – bħad-demm – kif stqarrew magħna żewġ ‘frontliners’ li joħorgu l-aspett uman tagħhom u jirrakkontaw uħud mill-esperjenzi li għaddew minnhom fl-eqqel tal-pandemija.

L-Inġinier Chris Attard Montalto u l-infermiera Claire Farrugia jaħdmu l-isptar Mater Dei u t-tnejn li huma ‘frontliners’ fil-ġlieda mal-COVID-19.

Iltqajna magħhom barra l-isptar u rrakkontawlna wħud mill-esperjenzi li għaddew minnhom fl-eqqel tal-pandemija.

“L-esperjenza kienet, ħafna pressure kien hemm ħafna ħafna pressure jiġifieri konna qed naħdmu mis-7am niggarantilek ġieli anke sal-għaxra ta’ filgħaxija. Konna nidħlu kwalunkwe ħin biex naraw x’nistgħu nagħmlu biex intejbu l-affarijiet f’Mater Dei.”

“Għalkemm kienet tal-biżgħa, kollha kemm aħna għaddejna minn esperjenzi diffiċli fil-ħajja u trid f’moħħok taħseb f’dawk biex jgħinuk tiffaċċja l-isfida li jkollok quddiemek bħalissa”

Il-pandemija qanqlet sens akbar ta’ gratitudni u apprezzament lejn il-ħaddiema tas-saħħa u kull min fuq bażi volontarja u mingħajr ħlas, jagħti d-demm jew il-pjastrini b’mod regolari. Hekk jagħmlu dawn iż-żewġ professjonisti li jħossu sens kbir ta’ dover u sodisfazzjon li qed jagħtu rigal li ma jistax jinxtara bil-flus.

“Naf illi kelli mumenti f’ħajti t-tfal u qraba tiegħi li ġew bżonn id-demm u din hi xi ħaġa dover tagħna biex ngħinu lil xulxin, f’ħajti wkoll bħala nurse tajt ħafna boroż tad-demm u jiena li jiena donor waqt li nagħtihom dejjem naħseb f’dak d-donaturl li mar ta d-demm biex inkun nistgħu ngħinu lill-pazjent li hemm quddiemna.”

“Fejn nista’ nagħti hija l-iktar ħaġa importanti għalija fl-aħħar tal-ġurnata fil-ħajja x’għandek jekk tista’ tagħti aħjar tagħti milli tieħu.”

Hu stmat li kull sena f’Malta madwar 21,000 persuna jagħtu d-demm u fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm nhar il-Ħadd li ġej, il-President George Vella wera x-xewqa li t-tliet palazzi tal-President fil-Belt, il-Verdala u Sant’Anton jinxtegħlu bl-aħmar, kif seħħ f’binjiet oħrajn prominenti bħal Kattidral tal-Imdina u Bieb il-Bombi fil-Furjana.

Din is-sena l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għażlet it-tema ta’ dan il-jum – “Agħti d-demm b’risq dinja aktar f’saħħitha”. L-iskop hu li jixpruna iktar nies f’saħħihom jersqu u jagħtu d-demm b’mod regolari.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar