
Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala.
Minflok, saret biss Via Crucis fil-bitħa tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana, fejn inħoloq ambjent apposta f’dan il-jum ta’ devozzjoni.
Fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-pandemija, forsi hemm min iħossu abbandunat minn Alla, u hemm min hu tal-fehma li din hi tbeżbiża minn Alla. L-Arċisqof Scicluna ġie mistoqsi liema hi l-verità.
Hawn l-Arċisqof ikkwota dak li qal il-Papa Franġisku ftit tal-jiem ilu, li l-pandemija mhux żmien tal-ġudizzju t’Alla, imma għandna nħarsu lejħa bħala stedina biex inqisu lilna nfusna, u biex nagħmlu l-iktar għażliet importani fil-ħajja u nagħrfu x’inhu essenzjali.
Segwi hawn l-intervista sħiħa tal-Arċisqof ma’ Nigel Mifsud: