Barranin
Il-Papa Emeritu Benedittu 16 irid li jitneħħa ismu minn fuq ktieb kontroversjali

Il-Papa Emeritu Benedittu 16 irid li ismu jitneħħa bħala ko-awtur ta’ ktieb kontroversjali fuq il-kwistjoni taċ-ċelibat tas-saċerdoti.

Is-Segretarju personali tiegħu, l-Arċisqof Georg Ganswein qal li l-eks Kap tal-Knisja Kattolika talab lill-awtur ewlieni tal-ktieb, il-Kardinal Robert Sarah biex jikkuntattja lill-pubblikaturi u jagħmlu l-bidliet meħtieġa. Sarah ċaħad akkużi li uża isem Benedittu 16 mingħar l-awtorizazzjoni tiegħu u li ħa vantaġġ mill-kundizzjoni dgħajfa ta’ saħħtu

Mil-lum kien mistenni li l-ktieb intitolat, ‘From the Depths of our Hearts’ jkun għall-bejgħ fi Franza. Fl-aħħar jiem inħarġu siltiet mill-ktieb li qanqlu reazzjoni ta’ rabja minn mexxejja tal-Knisja Kattolika minħabba li argumentaw li l-Papa Emeritu kien qed jirriskja jiddistabilizza l-ħidma tal-Papa Franġisku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit tibqa’ tbaqbaq il-kontroversja dwar konsulent ewlieni tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings minħabba li dan injora l-pariri tal-Awtoritajiet u xorta vvjaġġa waqt il-lockdown meta l-mara tiegħu kienet marida…

Barranin

Mill-ewwel ta’ Lulju, kull min jidħol fi Spanja mhux se jitqiegħed taħt kwarantina obbligatorja ta’ ġimagħtejn. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa Spanjol hekk kif qal li minn Lulju se titneħħa l-miżura…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ddefenda wieħed mill-konsulenti tiegħu Dominic Cummings li waqt li l-pajjiż kien qiegħed f’lockdown, dan ivvjaġġa minn Londra lejn Country Durham minkejja li kellu s-sintomi tal-Coronavirus….

Barranin

Fir-Renju Unit, tissokta il-kontroversja dwar l-id il-leminija tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings. Il-Prim Ministru Boris Johnson appoġġja lill-konsulent ewlieni tiegħu u qal li Cummings ma kellu ebda alternattiva oħra…

Aktar