Reliġjon
Il-Papa Emeritu Benedittu XVI kontra li rġiel miżżewġa jservu ta’ qassisin

Il-Papa Emeritu Benedittu Sittax, li rtira lura fl-2013, iddefenda l-pożizzjoni tal-Knisja dwar iċ-ċelibat fil-Knisja Kattolika waqt li s-suċċessur tiegħu, il-Papa Franġisku qed itaffi r-regolamenti dwar irġiel miżżewġa li jservu ta’ qassisin.

Il-Papa Benedittu għamel l-appell fi ktieb li kiteb flimkien mal-Kardinal Robert Sarah. Il-Papa, li rtira seba’ snin ilu mill-kariga minħabba raġunijiet ta’ saħħa, qal li ma jistax jibqa’ sieket dwar il-kwistjoni. Huwa kiteb li ċ-ċelibat, tradizzjoni li tmur għal sekli sħaħ fit-tradizzjoni tal-Knisja għandha importanza kbira għax tħalli lill-qassisin iffukati fuq l-irwoli ekkleżjastiċi tagħhom.

Il-Papa Benedittu, li llum għandu 92 sena, qal li mhux possibbli li tagħmel iż-żewġ vokazzjonijiet f’daqqa.

Huwa rari għall-Papa Benedittu, li kien l-ewwel papa li rriżenja mill-kariga fi kważi sitt mitt sena, li jintervjeni fi kwistjonijiet klerikali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Costa Rica saret l-ewwel pajjiż fl-Amerka Ċentrali li fih huwa permess żwieġ bejn persuni tal-istess sess. L-ewwel żwieġ ta’ din ix-xorta xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, ftit minuti biss wara li…

Barranin

L-FBI se tinvestiga l-qtil ta’ raġel iswed fl-istat Amerikan ta’ Minnesota wara li ħareġ filmat juri pulizija għarkubtejh fuq għonq ir-raġel. Fil-filmat ta’ 10 minuti, ir-raġel li x’aktarx għandu fuq…

Ambjent

Filmat miġbud minn għaqda ambjentali fi Franza juri qiegħ il-baħar mimli maskri u ngwanti tal-plastik. Dan it-tagħmir protettiv marbut mal-Covid-19 kien fost għadd sostanzjali ta’ plastik u skart ieħor li…

Barranin

Fuq l-għatba tal-istaġun tas-sajf, diversi pajjiżi taż-żona Schengen qed jikkunsidraw bis-serjetà li jiftħu mill-ġdid il-fruntieri għat-turisti. Spanja ħabbret li mill-1 ta’ Lulju se tneħħi l-kwarantina ta’ ġimagħtejn għall-persuni li jżuru…

Aktar