Il-Papa fis-Sri Lanka fil-bidu tal-vjaġġ tiegħu fl-Asja

Mal-wasla tiegħu fi Sri Lanka fil-bidu ta’ tour fl-Asja ta’ sitt ijiem, il-Papa Franġisku sejjaħ għar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, l-inklussività u t-tfittxija għall-verità.

Il-Papa li wara s-Sri Lanka mistenni jżur il-Filippini, se jkun qed jiċċelebra diversi quddies fil-beraħ waqt dan it-tour.

Din hija l-ewwel żjara minn Papa fi Sri Lanka minn tmiem gwerra ċivili ta’ 40 sena fl-2009.

Il-President il-ġdid tal-pajjiż wegħed li jtemm l-opressjoni fil-konfront tal-minoritajiet reliġjużi.